25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Paris — Franza) — Prunus SARL, Polonium SA vs Directeur des services fiscaux
(Kawża C-384/09) (1)
(Tassazzjoni diretta - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 64 TFUE - Persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stat terz - Pussess ta’ immobbli li jinsabu fi Stat Membru - Taxxa fuq il-valur tas-suq ta’ dawn il-immobbli - Rifjut ta’ eżenzjoni - Evalwazzjoni fir-rigward tal-pajjiżi jew territorji lil hinn mill-baħar - Ġlieda kontra l-frodi fiskali - Responsabbiltà in solidum)
2011/C 186/07
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de grande instance de Paris
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Prunus SARL, Polonium SA
Konvenut: Directeur des services fiscaux
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de grande instance (Pariġi) Interpretazzjoni tal-Artikoli 56 et seq tat-Trattat KE — Taxxa fuq il-valur fis-suq ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Franza — Kompatibbiltà mat-trattat ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li teżenta minn din it-taxxa l-persuni ġuridiċi li għandhom is-sede ta’ tmexxija effettiva tagħhom fi Franza jew fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, iżda li tissuġġetta l-benefiċċju ta’ din l-eżenzjoni, fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi li għandhom is-sede ta’ tmexxija effettiva tagħhom fit-territorju ta’ Stat terz, għall-eżistenza ta’ ftehim dwar għajnuna amministrattiva iffirmat bejn Franza u dan l-Istat bil-għan tal-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali, jew għall-eżistenza ta’ trattat li jkun fih klawżola ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità — Rifjut ta’ eżenzjoni għal żewġ kumpanniji stabbiliti fil-Gżejjer Verġni Brittaniċi — Obbligu li titħallas it-taxxa mid-debituri in solidum, persuni ġuridiċi stabbiliti fi Franza.
Dispożittiv
L-Artikolu 64(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Artikolu 63 TFUE ma jippreġudikax l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, eżistenti fil-31 ta’ Diċembru 1993, li jeżenta mit-taxxa fuq il-valur tas-suq ta’ immobbli li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea lill-kumpanniji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fit-territorju ta’ dan l-Istat u li jissuġġetta din l-eżenzjoni, għal kumpannija li l-uffiċċju rreġistrat tagħha tinsab fit-territorju ta’ pajjiż u territorju lil hinn mill-baħar, għall-eżistenza ta’ ftehim ta’ assistenza amministrattiva konkluż bejn l-imsemmi Stat Membru u dan it-territorju bil-għan tal-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali jew għaċ-ċirkustanza fejn, b’applikazzjoni ta’ trattat li jinkludi klawżola ta’ nondiskriminazzjoni li skont din in-nazzjonalità, dawn il persuni ġuridiċi ma għandhomx ikunu ntaxxati iktar minn kumpanniji stabbiliti fit-territorju ta’ dan l-istess Stat Membru.
(1) ĠU C 312, 19.12.2009
Full & Egal Universal Law Academy