20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Naczelny Sąd Administracyjny Izba Finansowa Wydział I — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Oasis East sp z o.o. vs Minister Finansów
(Kawża C-395/09) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Direttiva 2006/112/KE - Adeżjoni ta’ Stat Membru ġdid - Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa marbuta ma’ ċerti prestazzjonijiet ta’ servizzi - Sieħba kummerċjali stabbiliti f’territorju kkwalifikat bħala “tax haven” - Fakultà għall-Istati Membri li jżommu regoli ta’ esklużjoni tad-dritt għat-tnaqqis fil-mument tad-dħul fis-seħħ tas-Sitt Direttiva VAT)
2010/C 317/19
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny Izba Finansowa Wydział I
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Oasis East sp z o.o.
Konvenut: Minister Finansów
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Naczelny Sąd Administracyjny — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17(6) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) kif ukoll tal-Artikolu 176 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ĠU L 347, p. 1) — Liġi nazzjonali, diġà fis-seħħ qabel is-sħubija, li teskludi d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq l-għoti ta’ servizzi li l-ħlas tagħhom isir għall-benefiċċju ta’ persuna ta’ dritt li għandha r residenza tagħha, l-uffiċċju rreġistrat tagħha jew l amministrazzjoni ċentrali tagħha f’territorju kkunsidrat bħala “tax haven”.
Dispożittiv
L-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/38/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, hekk kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, li d-dispożizzjonijiet tiegħu, essenzjalment, huma riprodotti fl-Artikolu 176 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jawtorizzax iż-żamma ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, applikabbli fil-mument tad-dħul fis-seħħ tas-Sitt Direttiva 77/388 fl-Istat Membru kkonċernat, li jeskludi b’mod ġenerali d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa minħabba l-akkwist ta’ servizzi importati, li l-prezz tagħhom huwa mħallas direttament jew indirettament lil persuna stabbilita fi Stat Membru jew f’territorju kkwalifikat bħala “tax haven” mill-imsemmija leġiżlazzjoni
(1) ĠU C 312, 19.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy