10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Scheuten Solar Technology GmbH vs Finanzamt Gelsenkirchen-Süd
(Kawża C-397/09) (1)
(Tassazzjoni - Direttiva 2003/49/KE - Sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties bejn kumpanniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti - Taxxa fuq il-kummerċ - Determinazzjoni tal-bażi tat-tassazzjoni)
2011/C 269/07
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Scheuten Solar Technology GmbH
Konvenut: Finanzamt Gelsenkirchen-Süd
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE, tat-3 ta’ Ġunju 2003, dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties bejn kumpaniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 380) — Inklużjoni jew le ta’ pagamenti ta’ imgħax fil-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-kumpanniji tal-kumpannija debitriċi
Dispożittiv
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE, tat-3 ta’ Ġunju 2003, dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties bejn kumpanniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni tad-dritt fiskali nazzjonali li tipprovdi li l-imgħax fuq self, imħallas minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru lil kumpannija assoċjata li tinsab fi Stat Membru ieħor, għandu jiġi inkluż fil-bażi ta’ stima għall-finijiet tat-taxxa fuq il-kummerċ li għaliha hija suġġetta l-ewwel kumpannija.
(1) ĠU C 312, 19.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy