30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2011 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Bank Ċentrali Ewropew
(Kawża C-401/09 P) (1)
(Appell - Ammissibbiltà - Prokura - Konsorzju - Kuntratti pubbliċi - Proċedura nnegozjata - Servizzi ta’ konsulenza u ta’ żviluppi informatiċi - Ċaħda tal-offerta - Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Interess ġuridiku - Raġuni ta’ esklużjoni - Awtorizzazzjoni stabbilita mid-dritt nazzjonali - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2011/C 226/05
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, dikigoros)
Appellat: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. von Lindeiner u G. Gruber, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) (li issa saret il-“Qorti Ġenerali), tat-2 ta’ Lulju 2009 fil-Kawża T-279/06, Evropaϊki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Bank Ċentrali Ewropej (BĊE) li jiċħad talba intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), tal-31 ta’ Lulju 2006, li tiċħad l-offerta magħmula mill-appellanti fil-kuntest tal-proċedura nnegozjata għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza u ta” żviluppi informatiċi lill-BĊE (ĠU 2005, S 137-135345), kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 11, 16.01.2010
Full & Egal Universal Law Academy