28.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 160/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu — ir-Rumanija) — Ioan Tatu vs Statul român prin Ministerul Finanțelor și Economiei, Direcția Generală a Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu, Ministerul Mediului
(Kawża C-402/09) (1)
(Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq it-tniġġis miġbura meta l-vettura bil-mutur tiġi rreġistrata għall-ewwel darba - Newtralità tat-taxxa bejn vetturi bil-mutur użati importati u vetturi simili li diġà jinsabu fis-suq nazzjonali)
2011/C 160/05
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Sibiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ioan Tatu
Konvenuti: Statul român prin Ministerul Finanțelor și Economiei, Direcția Generală a Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu, Ministerul Mediului
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunalul Sibiu — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati li qabel kienu rreġistrati fi Stati Membri oħra — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-ewwel reġistrazzjoni ta’ dawn il-vetturi għall-ħlas ta’ taxxa ambjentali, filwaqt li l-vetturi użati li diġà jinsabu fis-suq nazzjonali huma eżentati mill-ħlas tal-imsemmija taxxa meta ssir reġistrazzjoni ġdida — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal- Artikolu 90 KE — Ostakolu għall-moviment liberu tal-merkanzija
Dispożittiv
L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jistabbilixxi taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq vetturi meta dawn jiġu rreġistrati għall-ewwel darba f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali hija stabbilita b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi użati tal-istess età u tal-istess użu fis-suq nazzjonali
(1) ĠU C 24, 30.01.2010
Full & Egal Universal Law Academy