28.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 160/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
(Kawża C-405/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Riżorsi proprji tal-Unjoni - Proċeduri intiżi għall-ġbir tad-dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni - Dewmien fil-konstatazzjoni tar-riżorsi proprji marbuta ma’ dawn id-dazji)
2011/C 160/06
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros u M. Huttunen, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: A. Guimaraes-Purokoski et M. Pere, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentant: B. Klein, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 6 u 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1552/89, tad- 29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 176), u tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169), kif ukoll tal-Artikolu 220 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Nuqqas ta’ osservanza, fil-każ ta’ rkupru a posteriori, tat-termini stabbiliti mit-teħid inkunsiderazzjoni u mill-konstatazzjoni tar- riżorsi tal-Komunitajiet innifishom
Dispożittiv
(1)
Billi applikat proċedura amministrattiva li tipprovdi li r-riżori tal-Unjoni Ewropea nnifisha jiġu kkonstatati biss wara li d-debitur jingħata terminu ta’ mill-inqas erbatax-il ġurnata sabiex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, u billi ma osservatx, fil-każ ta’ rkupru a posteriori, it-termini stabbiliti għall-inklużjoni tal-imsemmija riżorsi, li għandu bħala konsegwenza li jkun hemm dewmien fil-ħlas tagħhom, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 6 u 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1552/89, tad- 29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 1355/96, tat-8 ta’ Lulju 1996 u tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet kif ukoll taħt l-Artikolu 220 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità.
(2)
Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 312, 19.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy