19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien — l-Awstrija) — Humanplasma GmbH vs Republik Österreich
(Kawża C-421/09) (1)
(Artikoli 28 KE u 30 KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-importazzjoni ta’ prodotti tad-demm ġejjin minn donazzjonijiet li ma jkunux kompletament mingħajr ħlas)
2011/C 55/22
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Humanplasma GmbH
Konvenuta: Republik Österreich
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien — Interpretazzjoni tal-Artikoli 28 KE u 30 KE — Kompatibbiltà ma’ dawn id-dispożizzjonijiet ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-importazzjoni ta’ demm tal-bniedem li joriġina minn donazzjonijiet ta’ demm bi ħlas
Dispożittiv
L-Artikolu 28 KE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 30 KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-importazzjoni ta’ demm jew ta’ komponenti tad-demm minn Stat Membru ieħor hija permessa biss jekk tkun sodisfatta l-kundizzjoni, li tapplika wkoll għall-prodotti nazzjonali, li d-donazzjonijiet tad-demm, li jkunu l-bażi ta’ dawn il-prodotti, ikunu saru mhux biss mingħajr ma d-donaturi jkunu bbenefikaw minn remunerazzjoni, iżda wkoll mingħajr ma dawn tal-aħħar ikunu kisbu kumpens għall-ispejjeż li huma jkunu nefqu sabiex jagħmlu dawn id-donazzjonijiet.
(1) ĠU C 24, 30.01.2010.
Full & Egal Universal Law Academy