29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Vassiliki Stylianou Vandorou (C-422/09), Vassilios Alexandrou Giankoulis (C-425/09), Ioannis Georgiou Askoxilakis (C-426/09) vs Ypourgos Ethnikis paideias kai Thriskevmaton
(Kawża C-422/09, C-425/09 u C-426/09) (1)
(Artikoli 39 KE u 43 KE - Direttiva 89/48/KE - Rikonoxximent ta’ diplomi - Kunċett ta’ ‘esperjenza professjonali’)
2011/C 30/10
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vassiliki Stylianou Vandorou (C-422/09), Vassilios Alexandrou Giankoulis (C-425/09), Ioannis Georgiou Askoxilakis (C-426/09)
Konvenuta: Ypourgos Ethnikis paideias kai Thriskevmaton
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 7. p. 337) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Mejju 2001, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/48/KEE u 92/51/KEE dwar is-sistema ġenerali ta’ rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u d-Direttivi tal-Kunsill 77/452/KEE, 77/453/KEE, 78/686/KEE, 78/687/KEE, 78/1026/KEE, 78/1027/KEE, 80/154/KEE, 80/155/KEE, 85/384/KEE, 85/432/KEE, 85/433/KEE u 93/16/KEE li jikkonċernaw il-professjonijiet tal-infermier responsabbli mill-kura ġenerali, tad-dentist, tal-kirurgu veterinarju, tal-qabla, tal-arkitett, tal-farmaċista u tat-tabib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4. p. 138) — Aċċess għal professjoni rregolata jew għall-prattika ta’ din il-professjoni bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini — Professjoni ta’ awdituri li jkunu ħadu l-ġurament — Kunċett ta’ “esperjenza professjonali”
Dispożittiv
Awtorità nazzjonali inkarigata bir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali miksuba fi Stat Membru ieħor għandha l-obbligu, skont l-Artikoli 39 KE u 43 KE, li tieħu inkunsiderazzjoni, meta tistabbilixxi miżuri ta’ kumpens possibbli, intiżi sabiex ipattu għad-differenzi sostanzjali bejn it-taħriġ imwettaq minn applikant u t-taħriġ meħtieġ fl-Istat Membru ospitanti, kull esperjenza prattika li tista’ tkopri, kompletament jew parzjalment, l-imsemmija differenzi.
(1) ĠU C 24, 30.01.2010
Full & Egal Universal Law Academy