19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-433/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - VAT - Bażi taxxabbli - Taxxa imposta fuq il-kunsinna ta’ vetturi li għadhom ma humiex irreġistrati fl-Istat Membru kkonċernat, skont il-valur u skont il-konsum medju tagħhom - “Normverbrauchsabgabe”)
2011/C 55/24
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Triantafyllou, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: E. Riedl u C. Pesendorfer, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 78 u 79 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Bejgħ ta’ vettura bil-mutur — Inklużjoni fil-bażi taxxabbli ta’ taxxa fuq il-kunsinna ta’ vetturi li għadhom ma humiex irreġistrati fl-Istat Membru kkonċernat skont il-valur u l-konsum medju tagħhom (“Normverbrauchsabgabe”)
Dispożittiv
(1)
Billi inkludiet fil-bażi taxxabbli t-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fl-Awstrija fuq il-kunsinna ta’ vettura bil-mutur skont il-konsum medju tagħha (“Normverbrauchsabgabe”), ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 78 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Awstrija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 24, 30.01.2010.
Full & Egal Universal Law Academy