25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom — ir-Renju Unit) — Shirley McCarthy vs Secretary of State for the Home Department
(Kawża C-434/09) (1)
(Moviment liberu tal-persuni - Artikolu 21 TFUE - Direttiva 2004/38/KE - Kunċett ta’ “benefiċjarju” - Artikolu 3(1) - Ċittadin li qatt ma uża d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu u li għex dejjem fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tiegħu - Impatt tal-fatt li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru ieħor - Sitwazzjoni purament interna)
2011/C 186/08
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Shirley McCarthy
Konvenut: Secretary of State for the Home Department
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Supreme Court of the United Kingdom — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3 u 16 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) — Kunċetti ta’ “benefiċjarju” u ta’ “residenza legali” — Ċittadina Brittanika, li għandha wkoll ċittadinanza Irlandiża, li għaddiet ħajjitha kollha fir-Renju Unit.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva ma tapplikax għal ċittadin tal-Unjoni li qatt ma uża d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu, li għex dejjem fi Stat Membru li tiegħu għandu ċ-ċittadinanza u li, barra minn hekk, għandu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru ieħor.
(2)
L-Artikolu 21 TFUE ma japplikax għal ċittadin tal-Unjoni li qatt ma uża d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu, li għex dejjem fi Stat Membru li tiegħu għandu ċ-ċittadinanza u li, barra minn hekk, għandu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru ieħor, sa fejn is-sitwazzjoni ta’ dan iċ-ċittadin ma timplikax l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ Stat Membru li jista’ jkollhom l-effett li jċaħħduh mit-tgawdija effettiva tal-essenza tad-drittijiet mogħtija mill-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni jew li jostakolaw l-eżerċizzju tad-dritt tiegħu ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri.
(1) ĠU C 11, 16.01.2010.
Full & Egal Universal Law Academy