21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-435/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Kriterji ta’ għażla - Determinazzjoni tal-limiti - Daqs tal-proġett)
2011/C 152/10
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. van Beek, J.-B. Laignelot u C. ten Dam, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: T. Materne, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkorretta u inkompleta tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KEE, tat-3 ta’ Marzu 1997 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151) — Artikolu 4(2) u (3) flimkien mal-Annessi II u III (Komunità Fjamming), Artikolu 4(1) flimkien mal-Punti 8(a) u 18(a) tal-Anness I, u l-Artikolu 7(1)(b) (Reġjun Vallon) u Artikolu 4(2) u (3), flimkien mal-Annessi II u III (Reġjun Brussell-Kapitali) — Limiti u kriterji
Dispożittiv
(1)
Peress illi ma ġewx adottati l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni korretta jew kompleta:
—
fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tar-Reġjun Fjamming, tal-Artikolu 4(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003, moqri flimkien mal-Annessi II u III ta’ din id-direttiva;
—
fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tar-Reġjun Vallon, tal-Artikolu 4(1), flimkien mal-Punti 8(a) u 18(a) tal-Anness I tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, u tal-Artikolu 7(1)(b) ta’ din id-direttiva, u,
—
fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tar-Reġjun Brussell-Kapitali, tal-Artikolu 4(2) u (3), moqri flimkien mal-Annessi II u III tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, u tal-Anness III tagħha fih nnifsu,
ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija direttiva.
(2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 24, 30.01.2010
Full & Egal Universal Law Academy