30.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 130/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Périgueux — Franza) — AG2R Prévoyance vs Beaudout Père et Fils SARL
(Kawża C-437/09) (1)
(Kompetizzjoni - Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 106 TFUE - Skema ta’ rimbors supplimentari ta’ spejjeż tal-kura tas-saħħa - Ftehim kollettiv - Affiljazzjoni obbligatorja f’organizzazzjoni tal-assigurazzjoni partikolari - Esklużjoni espliċita ta’ kull possibbiltà ta’ eżenzjoni mill-affiljazzjoni - Kunċett ta’ impriża)
2011/C 130/08
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de grande instance de Périgueux
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AG2R Prévoyance
Konvenuta: Beaudout Père et Fils SARL
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de grande instance de Périgueux — Kompetizzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħmel obbligatorja l-affiljazzjoni tal-impriżi kollha li jaqgħu taħt settur professjonali partikolari fi ħdan organizzazzjoni tal-assigurazzjoni waħda maħtura — Kunċett ta’ impriża fis-sens tal-Artikolu 81 KE — Organizzazzjoni li teżiġi l-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet mingħand impriża li tkun diġà kkonkludiet kuntratt ta’ assigurazzjoni li jagħti garanziji aħjar — Esklużjoni espliċita ta’ kull possibbiltà ta’ eżenzjoni mill-affiljazzjoni — Kompatibbiltà mal-Artikoli 81 u 82 KE ta’ skema ta’ affiljazzjoni bħal din — Riskju possibbli ta’ abbuż ta’ pożizzjoni dominanti
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 101 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix id-deċiżjoni tal-awtoritajiet pubbliċi li jrendu obbligatorju, fuq talba tal-organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw lil min jimpjega u lill-impjegati ta’ settur ta’ attività partikolari, ftehim milħuq wara negozjati kollettivi li jipprevedi l-affiljazzjoni obbligatorja fi skema ta’ rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa tal-impriżi kollha fis-suq ikkonċernat, mingħajr possibbiltà ta’ eżenzjoni.
(2)
Sa fejn l-attività li tikkonsisti fl-amministrazzjoni ta’ skema ta’ rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa bħalma hija dik inkwistjoni fil kawża prinċipali għandha tiġi kklassifikata bħala ekonomika, li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika, l-Artikoli 102 TFUE u 106 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, fiċ-ċirkustanzi bħalma huma dawk tal-kawża prinċipali, lill-awtoritajiet pubbliċi milli jagħtu lil organizzazzjoni ta’ assigurazzjoni reċiproka d-dritt esklużiv li tamministra din l-iskema, mingħajr ebda possibbiltà għall-impriżi tas-settur ta’ attività kkonċernat li jiġu eżentati milli jaffiljaw f’din l-iskema.
(1) ĠU C 24, 30.01.2010.
Full & Egal Universal Law Academy