30.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 130/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy — ir-Repubblika tal-Polonja) — Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Nowym Sączu vs Stanisława Tomaszewska
(Kawża C-440/09) (1)
(Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Artikolu 45(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Perijodu minimu meħtieġ mid-dritt nazzjonali għall-kisba ta’ dritt għal pensjoni ta’ rtirar - Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodu ta’ kontribuzzjoni mwettaq fi Stat Membru ieħor - Aggregazzjoni - Metodi ta’ kalkolu)
2011/C 130/09
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Nowym Sączu
Konvenuta: Stanisława Tomaszewska
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Najwyższy — Interpretazzjoni tal-Artikolu 45(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, p. 2), kif ukoll tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament tal Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ĠU L 74, p. 1) — Pensjoni tax-xjuħija li tingħata kmieni minħabba ċertu tul ta’ kontribuzzjoni — Metodu ta’ kalkolu tal-benefiċċji — Żieda tal-perijodi ta’ kontribuzzjoni mwettqa fi Stat Membru ieħor flimkien ma’ dawk imwettqa fl-Istat Membru kkonċernat qabel jew wara ż-żieda tal-perijodi addizzjonali, prevista mil-liġi nazzjonali li tammonta għal terz tal-perijodi ta’ kontribuzzjoni.
Dispożittiv
L-Artikolu 45(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata tiegħu bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fid-determinazzjoni tal-perijodu ta’ assigurazzjoni minimu meħtieġ mid-dritt nazzjonali għall-finijiet tal-kisba tad-dritt għal pensjoni ta’ rtirar minn ħaddiem migrant, l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tieħu inkunsiderazzjoni, sabiex tiddetermina l-limitu li ma jistax jinqabeż mill-perijodi mhux kontributorji meta mqabbla mal-perijodi kontributorji, kif previst mil-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru, il-perijodi ta’ assigurazzjoni kollha mwettqa matul il-karriera professjonali tal-ħaddiem migrant, inklużi dawk imwettqa fi Stati Membri oħra.
(1) ĠU C 37, 13.02.2010.
Full & Egal Universal Law Academy