9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-441/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa - Annimali ħajjin normalment intiżi għall-użu fil-preparazzjoni tal-ikel għall-konsum mill-bniedem u mill-annimali - Provvista, importazzjoni u akkwist ta’ ċerti annimali ħajjin, b’mod partikolari żwiemel)
2011/C 204/14
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u B.-R. Killmann, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues et B. Beaupère-Manokha, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. M. Wissels u M. Noort, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 96 u 98, moqrija flimkien mal-Anness III, tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Rata mnaqqsa — Provvista, importazzjoni u akkwist ta’ ċerti annimali ħajjin (b’mod partikolari żwiemel) li ma humiex intiżi għall-preparazzjoni jew għall-produzzjoni tal-ikel għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali.
Dispożittiv
(1)
Bl-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq il-provvisti, l-importazzjonijiet u l-akkwisti intra-Komunitarji kollha ta’ żwiemel, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96 u 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-Anness III ta’ din id-direttiva.
(2)
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 24, 30.01.2010.
Full & Egal Universal Law Academy