10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven — il-Pajjżi l-Baxxi) — IMC Securities BV vs Stichting Autoriteit Financiële Markten
(Kawża C-445/09) (1)
(Direttiva 2003/6/KE - Manipulazzjonijiet tas-suq - Iffissar tal-prezzijiet f’livell anormali jew artifiċjali)
2011/C 269/08
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het Bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: IMC Securities BV
Konvenuta: Stichting Autoriteit Financiële Markten
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — College van Beroep voor het Bedrijfsleven — Interpretazzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 367) — Iffissar tal-prezzijiet f’livell anormali jew artifiċjali — Kunċett — Tranżazzjonijiet u ordnijiet li pprovokaw varjazzjoni fil-prezzijiet għal perijodu qasir
Dispożittiv
It-tieni inċiż tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq), għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex il-prezz ta’ strument finanzjarju wieħed jew iktar ikun jista’ jitqies li ġie ffissat f’livell anormali jew artifiċjali, ma huwiex meħtieġ li dan il-prezz jibqa’ f’livell anormali jew artifiċjali għal iktar minn ċertu tul ta’ żmien.
(1) ĠU C 24, 30.01.2010
Full & Egal Universal Law Academy