21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-31 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Niedersächsisches Finanzgericht — il-Ġermanja) — Ulrich Schröder vs Finanzamt Hameln
(Kawża C-450/09) (1)
(Moviment liberu tal-kapital - Tassazzjoni diretta - Tassazzjoni tad-dħul mill-kiri ta’ beni immobbli - Possibbiltà ta’ tnaqqis tar-renta mħallsa lil xi qarib fil-kuntest ta’ wirt antiċipat - Kundizzjoni li wieħed ikun kompletament taxxabbli fl-Istat Membru inkwistjoni)
2011/C 152/11
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Niedersächsisches Finanzgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ulrich Schröder
Konvenut: Finanzamt Hameln
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Nierdersächsisches Finanzgericht — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12 u 56 KE — Taxxa fuq dħul mill-kiri ta’ proprjetà immobbli — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-ħlasijiet tal-kera li saru lil ex proprjetarju ta’ dawn il-beni fil-kuntest ta’ wirt antiċipat għall-kundizzjoni li jkun kompletament taxxabbli.
Dispożittiv
L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġu interpretat li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, filwaqt li tippermetti lill-persuna taxxabbli residenti li tnaqqas ir-renti, imħallsa lil xi qarib li jkun ittrasferixxa lil din il-persuna beni immobbli li jinsabu fit-territorju ta’ dan l-Istat, mid-dħul li jirriżulta mill-kiri ta’ dawn il-beni, ma tagħtix tali dritt għal tnaqqis lill-persuna taxxabbli mhux residenti, sakemm l-obbligu li jitħallsu dawn ir-renti jirriżulta mit-trasferiment ta’ tali beni.
(1) ĠU C 37, 13.02.2010
Full & Egal Universal Law Academy