9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-453/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa - Annimali ħajjin normalment intiżi li jintużaw fil-preparazzjoni ta’ prodotti tal-ikel għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali - Provvisti, importazzjonijiet u akkwisti ta’ ċerti annimali ħajjin, b’mod partikolari, żwiemel)
2011/C 204/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u B.-R. Killmann, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u C. Blaschke, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u B. Beaupère–Manokha, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. M. Wissels u M. Noort, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 96 u 98, moqrija flimkien mal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Rata mnaqqsa — Provvista, importazzjoni u akkwist ta’ ċerti annimali ħajjin (b’mod partikolari żwiemel) li ma humiex intiżi għall-preparazzjoni jew għall-produzzjoni tal-ikel għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali
Dispożittiv
(1)
Billi applikat rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti, għall-importazzjonijiet u għall-akkwisti kollha intra-Komunitarji ta’ żwiemel, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 96 sa 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-Anness III tagħha.
(2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 24, 30.01.2010.
Full & Egal Universal Law Academy