3.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-454/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur New Interline SpA - Irkupru)
(2011/C 355/05)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Righini, B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieir, aġent, P. Gentili u B. Tidore, avvocati dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarjij kollha sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/697/KE, tas-16 ta’ April 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 13/07 (ex NN 15/06 u N 734/06) mogħtija mill-Italja lil New Interline (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1321)
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji kollha sabiex tiżgura l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/697/KE, tas-16 ta’ April 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 13/07 (ex NN 15/06 u N 734/06) mogħtija mill-Italja lil New Interline, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 249 KE kif ukoll l-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni.
(2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 24, 30.01.2010
Full & Egal Universal Law Academy