30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2011 — Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya (C-465/09 P u C-468/09 P), Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava (C-466/09 P u C-469/09 P), Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa (C-467/09 P u C-470/09 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco, Comunidad Autónoma de la Rioja, Confederación Empresarial Vasca (Confebask)
(Kawżi magħquda C-465/09 P sa C-470/09 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 88(2) KE - Deċiżjonijiet finali sussegwenti li jikkonstataw l-inkompatibbiltà mas-suq komuni tal-iskemi ta’ għajnua mill-Istat implementati minn Spanja fl-1993 favur ċerti impriżi ġodda fil-provinċja ta’ Álava, ta’ Vizcaya u ta’ Guipúzcoa - Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji - Lis alibi pendens - Kunċett ta’ “għajnuna awtorizzata” - Aspettattivi leġittimi - Osservanza ta’ terminu raġonevoli - Nuqqas ta’ notifikazzjoni)
2011/C 226/07
Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya (C-465/09 P u C-468/09 P), Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava (C-466/09 P u C-469/09 P), Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa (C-467/09 P u C-470/09 P) (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u C. Urraca Caviedes, aġent), Comunidad autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati), Comunidad autónoma de La Rioja (rappreżentanti: J. Criado Gámez u M. Martínez Aguirre, avukati), Confederación Empresarial Vasca (Confebask)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”), tad-9 ta’ Settembru 2009, Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni (T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-Kawżi T-30/01 sa T-32/01 li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Novembru 2000, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE fir-rigward tal-vantaġġi fiskali mogħtija permezz ta’ dispożizzjonijiet adottati mid-Diputación Foral de Álava, mid-Diputación Foral de Guipúzcoa u mid-Diputación Foral de Vizcaya, taħt forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji lil ċerti impriżi ġodda, u, fil-Kawżi T-86/02 sa T-88/02, ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2003/28/KE, 2003/86/KE u 2003/192/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2001, dwar skema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja fl-1993 favur ċerti impriżi ġodda fil-provinċja ta’ Álava (T-86/02), ta’ Vizcaya (T-87/02) u ta’ Guipúzcoa (T-88/02) (rispettivament ĠU 2003, L 17, p. 20, ĠU 2003, L 40, p. 11, u ĠU 2003, L 77, p. 1), taħt forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji.
Dispożittiv
(1)
L-appelli huma miċħuda.
(2)
It-Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya, it-Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava, it-Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa u l-Comunidad autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco huma kkundannati f’partijiet indaqs għall-ispejjeż relatati mal-preżenti appelli.
(3)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
(1) ĠU C 37, 13.02.2011
Full & Egal Universal Law Academy