8.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 298/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 — Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya (C-474/09 P), Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava (C-475/09 P), Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa (C-476/09 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco, Comunidad Autónoma de la Rioja, Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya, Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava, Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa, Confederación Empresarial Vasca (Confebask)
(Kawżi magħquda C-474/09 P sa C-476/09 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat implementati minn Spanja favur impriżi mill-provinċji ta’Vizcaya, ta’ Álava u ta’ Guipúzcoa - Tnaqqis tal-bażi taxxabbli favur ċerti impriżi ġodda - Aspettattivi leġittimi - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba - Osservanza ta’ terminu raġonevoli - Nuqqas ta’ notifika)
2011/C 298/06
Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya (C-474/09 P), Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava (C-475/09 P), Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa (C-476/09 P) (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati)
Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u C. Urraca Caviedes, aġenti), Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati), Comunidad Autónoma de la Rioja (rappreżentanti: J. M. Criado Gámez u M. Martínez Aguirre, avukati), Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya, Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava, Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati), Confederación Empresarial Vasca (Confebask)
Parti intervenjenti in sostenn tal-appellanti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)
Suġġett
Appelli mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza [li issa saret il-“Qorti Ġenerali”] (Il-Ħames Awla Estiża), tad-9 ta’ Settembru 2009, Diputación Foral de Álava u Gobierno Vasco et vs Il-Kummissjoni (T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet, fil-Kawżi T-227/01 u T-265/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/820/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur impriżi mill-provinċja ta’ Álava f’forma ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % tal-investimenti (ĠU 2002, L 296, p. 1), fil-Kawżi T-228/01 u T-266/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/27/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur impriżi mill-provinċja ta’ Vizcaya f’forma ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % tal-investimenti (ĠU 2003, L 17, p. 1), u, fil-Kawżi T-229/01 u T-270/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/894/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur impriżi mill-provinċja ta’ Guipúzcoa f’forma ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % tal-investimenti (ĠU 2002, L 314, p. 26).
Dispożittiv
(1)
L-appelli prinċipali u l-appelli inċidentali huma miċħuda.
(2)
It-Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya, it-Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava, it-Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa, il-Camara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya, il-Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava u l-Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa huma kkundannati f’partijiet indaqs għall-ispejjeż relatati mal-appelli preżenti.
(3)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 37, 13.02.2010
Full & Egal Universal Law Academy