14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-478/09) (1)
(Għaqda jew diviżjoni ta’ kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata - Rekwiżit ta’ rapport ta’ espert indipendenti - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2010/C 221/22
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. La Pergola u M. Karanasou Apostolopolou, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: N. Dafniou u V. Karra, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/855/KEE u 82/891/KEE, fir-rigward tar-rekwiżit ta’ rapport ta’ espert indipendenti fl-okkażjoni ta’ għaqda jew diviżjoni ta’ kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata
Dispożittiv
(1)
Peress li ma adottatx, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/855/KEE u 82/891/KEE, fir-rigward tar-rekwiżit ta’ rapport ta’ espert indipendenti fl-okkażjoni ta’ għaqda jew diviżjoni ta’ kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
(2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 24 tat-30.01.2010.
Full & Egal Universal Law Academy