20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 — Evets Corp. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-479/09 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali DANELECTRO - Trade mark figurattiva QWIK TUNE - Talba għal tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-preżentata tat-talba għal tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark)
2010/C 317/20
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Evets Corp. (rappreżentant: S. Ryan, Solicitor)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Settembru 2009, Evets vs UASI (Kawżi magħquda T-20/08 u T-21/08), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni R 603/2007-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-5 ta’ Novembru 2007, li tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Amministrazzjoni ta’ Trade marks u tad-Diviżjoni Legali u li tiddikjara li l-applikazzjoni “restitutio in integrum”, ippreżentata mill-appellanti sabiex terġa’ tikseb id-drittijiet tagħha dwar it-tiġdid tat-trade mark verbali “DANELECTRO”, għandha titqies li ma ġietx ippreżentata peress li ġiet ippreżentata tard — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-preżentata tal-applikazzjoni għat-tiġdid tat-trade marks
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Evets Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 24, 30.01.2010
Full & Egal Universal Law Academy