12.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Jannar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Beroep te Gent — il-Belġju) — Vandoorne NV vs Belgische Staat
(Kawża C-489/09) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikoli 11Ċ(1) u 27(1) u (5) - Ammont taxxabbli - Miżuri ta’ simplifikazzjoni - Tabakk immanifatturat - Timbri fiskali - Ġbir tal-VAT darba waħda biss f’ras il-għajn - Fornitur intermedjarju - Nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-prezz - Rifjut li titħallas lura l-VAT)
2011/C 80/07
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Beroep te Gent
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vandoorne NV
Konvenut: Belgische Staat
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Beroep te Gent — Interpretazzjoni tal-Artikoli 11Ċ(1) u 27 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23 — Miżuri ta’ simplifikazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal ġbir tal-VAT f’ras il-għajn, għat-tabakk immanufatturat importat, akkwistat jew immanifatturat fit-territorju u li teskludi t-tnaqqis tal-bażi taxxabbli għall-persuni taxxabbli li ħallsu t-taxxa fuq dawn il-prodotti
Dispożittiv
L-Artikoli 11Ċ(1) u 27(1) u (5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/7/KE, tal-20 ta’ Jannar 2004, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, billi tipprovdi, sabiex tissimplifika l-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud u sabiex jiġu miġġielda l-frodi jew l-evażjoni fiskali għal dak li jirrigwarda t-tabakk immanifatturat, għall-ġbir ta’ din it-taxxa permezz ta’ timbri fiskali darba waħda biss u f’ras il-għajn mingħand il-manifattur jew l-importatur ta’ dawn il-prodotti, teskludi d-dritt, għall-fornituri intermedjarji li jidħlu sussegwentement fil-katina tal-kunsinni suċċessivi, li jiksbu l-ħlas lura tat-taxxa fuq il-valur miżjud f’każ li x-xerrej ma jħallasx il-prezz tal-imsemmija prodotti.
(1) ĠU C 37, 13.02.2010.
Full & Egal Universal Law Academy