12.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Jannar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-490/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 49 KE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Nuqqas ta’ rimbors ta’ spejjeż relatati ma’ analiżijiet u ma’ eżamijiet tal-laboratorju mwettqa fi Stati Membri minbarra fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix it-teħid ta’ responsabbilità għalihom fil-forma ta’ rimbors tal-ispejjeż magħmula għal tali analiżijiet u eżamijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-teħid ta’ responsabbilità għal servizzi tal-kura tas-saħħa għall-osservanza tal-kundizzjonijiet previsti minn dik il-leġiżlazzjoni)
2011/C 80/08
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Rozet u E. Traversa, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: C. Schiltz, aġent, A. Rodesch, avukat)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE (Artikolu 56 TFUE) — Restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jeskludu r-rimbors tal-analiżijiet u eżamijiet tal-laboratorju ta’ bijoloġija medika mwettqa fi Stati Membri oħra — Teħid ta’ responsabbiltà tal-ispejjeż fil-każ biss fejn tali eżamijiet u analiżijiet jitwettqu fi ħdan laboratorju ta’ analiżi li josserva b’mod sħiħ il-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Dispożittiv
(1)
Billi ma pprevediex, fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni tiegħu dwar is-sigurtà soċjali, għall-possibbiltà ta’ teħid ta’ responsabbiltà tal-ispejjeż sostnuti għal analiżijiet u għal eżamijiet tal-laboratorju, fis-sens tal-Artikolu 24 tal-Kodiċi tas-sigurtà soċjali Lussemburgiż, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għal din il-kawża, imwettqa fi Stat Membru ieħor, permezz ta’ rimbors tal-ispejjeż sostnuti għal dawk l-analiżijiet u eżamijiet, iżda billi ppreveda biss għal sistema ta’ teħid dirett ta’ responsabbiltà mill-fondi tal-assigurazzjoni għall-mard, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 49 KE.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandhom ibatu l ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 37, 13.02.2010
Full & Egal Universal Law Academy