30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/43
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Taranto (l-Italja) fit-30 ta’ Novembru 2009 — Soc Agricola Esposito srl vs Agenzia Entrate — Ufficio Taranto 2
(Kawża C-492/09)
2010/C 24/75
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale di Taranto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Soc Agricola Esposito srl
Konvenuta: Agenzia Entrate — Ufficio Taranto 2
Domandi preliminari
(1)
Meta l-Artikolu 21 tat-Tariffarju mehmuż mad-Digriet Presidenzjali Nru 641 tal-1972 u l-Artikolu 160 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 259/2003 jimponu l-ħtieġa ta’ liċenzja għal consumer proprjetarju ta’ kuntratt ta’ abbonament, dawn huma kompatibbli mad-Direttiva 2002/20/KE (1), li, min naħa l-oħra, tistabbilixxi l-ħtieġa ta’ liċenzi individwali għall-impriżi li jipprovdu s-servizz jew li jipprovdu n-network?
(2)
L-Artikoli 1 u 9 tad-Digriet Presidenzjali Nru 641 tal-1972 kif ukoll l-Artikolu 21 tat-Tariffarju mehmuż huma kompatibbli mar-regola, imnissla mill-interpretazzjoni tal-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE, li tistabbilixxi iktar taxxi fir-rigward ta’ awtorizzazzjoni unika?
(3)
Il-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 2002/21/KE (2) u b’mod partikolari l-“prinċipju mhux diskriminatorju [tan-nondiskriminazzjoni] [f]l-allokazzjoni u [f]l-assenjament ta’ dawk il-frekwenzi tar-radju mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji”, li jinsabu fl-Artikolu 9(1) tal-imsemmija Direttiva huma kompatibbli mal-fatt li t-Tassa di Concessione Governativa italiana trid titħallas mill-proprjetarji ta’ kuntratt ta’ abbonament u mhux minn dawk li jużaw it-top up cards?
(4)
It-Tassa di Concessione Governativa hija kompatibbli mad-Direttiva 2002/77/KE (3) u mad-Direttiva 2002/21/KE li jistabbilixxu illi “kull skema nazzjonali skond id-Direttiva 2002/22/KE, li sservi biex taqsam in-nefqa netta tal-provvista ta’ l-obbligi ta’ servizz universali għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi, tra[s]parenti u mhux diskriminatorji u għandha tkun konsistenti mal-prinċipji tal-proporzjonalita’ u mill-anqas tfixkil fis-suq”?
(5)
It-Tassa di Concessione Governativa italiana, li tistabbilixxi żieda fl-ispejjeż għall-untenti tas-servizz tat-telefonija ċellulari meta jidħlu f’kuntratt ta’ abbonament ittellef id-dħul fis-suq Taljan u b’hekk tipprekludi, għad-dannu tal-konsumatur nazzjonali, il-ħolqien ta’ suq kompetittiv bi ksur tal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 2002/21/KE?
(6)
It-Tassa di Concessione Governativa italiana tikser il-prinċipju tal-Artikolu 25 KE li tistabbilixxi li “[i]d-dazji tad-dwana fuq importazzjonijiet u esportazzjonijiet u piżijiet li jkollhom effett ekwivalenti għandhom ikunu pprojbiti bejn l-Istati Membri. Din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll għal dazji doganali ta’ natura fiskali”?
(1) ĠU L 108, p. 21
(2) ĠU L 108, p. 33
(3) ĠU L 249, p. 21
Full & Egal Universal Law Academy