26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-493/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 63 TFUE u 40 tal-Ftehim ŻEE - Moviment liberu tal-kapital - Fondi ta’ pensjoni barranin u nazzjonali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Dividendi - Eżenzjoni - Trattament differenti)
2011/C 347/04
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u M. Afonso, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u H. Ferreira, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 63 TFUE u tal-Artikolu 40 ŻEE — Restrizzjonijiet għall-moviment ta’ kapital — Fondi ta’ pensjoni barranin u nazzjonali — Dividendi — Trattament differenti
Dispożittiv
(1)
Billi rriżervat il-benefiċċju tal-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji biss għall-fondi ta’ pensjoni residenti fit-territorju Portugiż, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 63 TFUE u 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.
(2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 37, 13.02.2010
Full & Egal Universal Law Academy