28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-496/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 228 KE - Sanzjonijiet pekunjarji)
2012/C 25/07
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro, E. Righini, u B. Stromsky, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, F. Arena u S. Fiorentino, avukati tal-Istat)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 228 KE — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ April 2004 fil-Kawża C-99/02 — Talba għall-iffissar ta’ pagamenti ta’ penalità
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx, fid-data li fiha skada t-terminu previst fl-opinjoni motivata maħruġa fl-1 ta’ Frar 2008 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej skont l-Artikolu 228 KE, il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-1 ta’ April 2004, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-99/02), dwar l-irkupru mill-benefiċjarji ta’ għajnuna li, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/128/KE, tal-11 ta’ Mejju 1999, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Italja sabiex ikunu promossi l-impjiegi, ġiet iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-deċiżjoni u l-Artikolu 228(1) KE.
(2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, pagamenti ta’ penalità fl-ammont ekwivalenti għall-multiplikazzjoni tal-ammont bażiku ta’ EUR 30 miljun bil-perċentwali ta’ għajnuna illegali inkompatibbli li l-irkupru tagħha ma jkunx għadu ġie effettwat jew ma jkunx ġie ipprovat fi tmiem il-perijodu kkonċernat, ikkalkolat b’relazzjoni mat-totalità tal-ammonti kollha li għadhom ma ġewx irkuprati mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, u dak kull sitt xhur ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-1 ta’ April 2004, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-99/02), b’effett mill-għoti ta’ din is-sentenza sal-eżekuzzjoni tal-imsemmija sentenza tal-1 ta’ April 2004.
(3)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, somma f’daqqa ta’ EUR 30 miljun.
(4)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 24, 30.01.2010
Full & Egal Universal Law Academy