18.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-500/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Servizzi postali - Direttiva 97/67/KE - Restrizzjonijiet nazzjonali - Impriżi ta’ kunsinna espressa - Sistema nazzjonali ta’ liċenzji)
2010/C 346/33
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: L. Lozano Palacios u D. Triantafyllou, aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika [rappreżentanti: P. Mylonopoulos et D. Tsagkaraki, aġenti]
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 97/67/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71).
Dispożittiv
(1)
Billi kompliet tapplika d-Digriet Ministerjali A1/44351/3608 tat-12 ta’ Ottubru 2005, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz kif emendata bid-Direttiva 2002/39/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Ġunju 2002, b’mod partikolari taħt l-Artikolu 9(1) u (2) tagħha.
(2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 13.02.2010.
Full & Egal Universal Law Academy