26.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja, L-Ungerija, Ir-Repubblika tal-Litwanja, Ir-Repubblika Slovakka, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-504/09 P) (1)
(Appell - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Pjan nazzjonali tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għar-Repubblika tal-Polonja għall-perijodu 2008-2012 - Artikolu 9(1) u (3) u Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/87 - Kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri - Trattament ugwali)
2012/C 151/02
Lingwa tal-proċedura: il-Pollakk
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Kružíková u K. Herrmann, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: C. Vang, aġent)
Partijiet oħra fil-proċeduri: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar, M. Nowacki u B. Majczyna, aġenti), L-Ungerija, Ir-Repubblika tal-Litwanja, Ir-Repubblika Slovakka, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: H. Walker, aġent u J. Maurici, barrister)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-Repubblika tal-Polonja: Ir-Repubbika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u D. Hadroušek, aġenti), Ir-Rumanija (rappreżentanti: V. Angelescu u A. Cazacioc, konsulenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Settembru 2009, Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (T-183/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1295 finali, tas-26 ta’ Marzu 2007, dwar il-pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika tal-Polonja għall-perijodu 2008-2012, inkonformità mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 631) — Prinċipju ta’ ne ultra petita — Limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju — Ksur tal-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza — Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 296 TFUE, tal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, kif ukoll tal-Artikoli 1(1), 2(1) u 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1295 finali
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Il Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Rumanija kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 51, 27.02.2010.
Full & Egal Universal Law Academy