26.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja, Ir-Repubblika tal-Litwanja, Ir-Repubbika Slovakka, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-505/09 P) (1)
(Appell - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Pjan nazzjonali tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għar-Repubblika tal-Estonja għall-perijodu 2008-2012 - Kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri - Artikolu 9(1) u (3) u Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/87 - Trattament ugwali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)
2012/C 151/03
Lingwa tal-proċedura: l-Estonjan
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Kružíková, E. Randvere u E. White, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: C. Vang, aġent),
Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentanti: L. Uibo u M. Linntam, aġenti), Ir-Repubblika tal-Litwanja, Ir-Repubblika Slovakka, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta’ Fuq
Partijiet intervenjenti insostenn tar-Repubblika tal-Estonja: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, aġent), Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: K. Drēviņa u M. I. Kalniņš, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla), tat-23 ta’ Settembru 2009, L-Estonja vs Il-Kummissjoni (T-263/07), li permezz tagħha l-imsemmija Qorti annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Mejju 2007, dwar il-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, innotifikat mir-Repubblika tal-Estonja għal perijodu ta’ bejn l-2008 u l-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631) — Żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tar-rikors għal annullament — Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 9(1) u (3), u tal-Artikolu 11(2), tad-Direttiva 2003/87/KE, u tal-prinċipju ġenerali ta’ trattament ugwali — Interpretazzjoni żbaljata tal-portata tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Klassifikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni kkontestata bħala inseparabbli, li tirriżulta fl-annullament totali, u mhux parzjali, ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka u r-Repubblika tal-Latvja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 63, 13.03.2010.
Full & Egal Universal Law Academy