5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 — Ir-Repubblika Portugiża vs Transnáutica — Transportes e Navegação, SA, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-506/09 P) (1)
(Appell - Unjoni doganali - Regolamenti (KEE) Nru 2913/92 u (KEE) Nru 2454/93 - Maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Kunsinni ta’ tabakk u alkoħol etiliku ddestinati lejn pajjiżi terzi - Frodi mwettqa minn impjegat tal-kumpannija responsabbli għall-ħlas tat-taxxa)
2012/C 133/03
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent)
Partijiet l-oħra fil-kawża: Transnáutica — Transportes e Navegação, SA (rappreżentant: M. López Garrido, avukat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Bouyon, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-appellanti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza [li issa saret il-Qorti Ġenerali] (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Settembru 2009, Transnáutica vs Il-Kummissjoni (T-385/05) li biha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (REM 05/2004), tas-6 ta’ Lulju 2005, li tindika lill-awtoritajiet Portugiżi li, għal ċertu ammont, il-maħfra ta’ dażji fuq l-importazzjoni lir-rikorrenti ma kinitx iġġustifikata u li, għal ammont ieħor, ir-rimbors lir-rikorrenti tad-dazji fuq l-importazzjoni ma kienx iġġustifikat peress li frodi mwettqa minn wieħed mill-impjegati tagħha mingħajr ma kienet taf ma tikkostitwixxix sitwazzjoni partikolari li tista’ tiġġustifika l-maħfra jew ir-rimbors lir-rikorrenti tad-dazji fuq l-importazznjoni.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika tal-Portugall għandha tbati l-ispejjeż.
(3)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
(1) ĠU C 63, 13.03.2010
Full & Egal Universal Law Academy