30.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 130/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-508/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Direttiva 79/409/KEE - Derogi mis-sistema ta’ protezzjoni tal-għasafar slavaġ)
2011/C 130/11
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u C. Zadra, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u G. Fiengo, aġenti, S. Fiorentino, avvocato dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98) — Derogi — Reġjun ta’ Sardegna
Dispożittiv
(1)
Peress li r-Reġjun ta’ Sardegna adottat u applikat leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ derogi mis-sistema ta’ protezzjoni tal-għasafar slavaġ li ma tosservax il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva.
(2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 24, 30.01.2010
Full & Egal Universal Law Academy