11.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta' Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-512/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/66/KE - Batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2010/C 246/21
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: I. Dimitriou u A. Margeli, aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika [rappreżentant: N. Dafniou, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (ĠU L 266, p.1)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 13.02.2010.
Full & Egal Universal Law Academy