10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-518/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà ta’ stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi - Eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ tranżazzjoni fuq il-proprjetà immobbli)
2011/C 269/10
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Rogalski u P. Guerra e Andrade, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent u N. Ruiz, avukat)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ tranżazzjoni fuq proprjetà immobbli
Dispożittiv
(1)
Ir-Repubblika Portugiża,
—
billi ppermettiet l-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ intermedjazzjoni fuq il-proprjetà immobbli biss fil-kuntest ta’ aġenzija tal-proprjetà immobbli;
—
billi imponiet fuq impriżi li jipprovdu sensarija fuq il-proprjetà immobbli, u fuq l-aġenti tal-proprjetà immobbli stabbiliti fi Stati Membri oħra l-obbligu li jkopru r-responsabbiltà professjonali tagħhom permezz tas-sottoskrizzjoni għal assigurazzjoni konformi mal-leġiżlazzjoni Portugiża;
—
billi imponiet fuq impriżi li jipprovdu sensarija fuq il-proprjetà immobbli stabbiliti fi Stati Membri oħra l-obbligu li jiddisponu minn kapitali tagħhom stess li jkollu bilanċ pożittivi fis-sens ta’ din il-leġiżlazzjoni, u
—
billi ssuġġettat lill-impriżi li jipprovdu sensarija fuq il-proprjetà immobbli u fuq l-aġenti tal-proprjetà immobbli stabbiliti fi Stati Membri oħra għal kontroll sħiħ ta’ dixxiplina tal-Instituto de Construção e do Imobiliário IP,
naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 TFUE, u
—
billi imponiet fuq impriżi li jipprovdu sensarija fuq il-proprjetà immobbli l-obbligu li jeżerċitaw b’mod esklużiv l-attività ta’ sensarija fuq il-proprjetà immobbli, ħlief fir-rigward tal-amministrazzjoni ta’ beni immobbli f’isem terzi, u
—
billi imponiet fuq aġenti tal-proprjetà immobbli, l-obbligu li jeżerċitaw b’mod esklużiv l-attività ta’ aġent tal-proprjetà immobbli,
naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE.
(2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 13.02.2010.
Full & Egal Universal Law Academy