19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 — Arkema SA vs Il-Kummisjoni Ewropea
(Kawża C-520/09 P) (1)
(Appell - Akkordji - Artikoli 81 KE u 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq Ewropew tal-aċidu monokloroaċetiku - Regoli relatati mal-imputabbiltà ta’ prattiki antikompetittivi ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha - Preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2011/C 340/02
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Arkema SA (rappreżentant: M. Debroux, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u F. Castillo de la Torre, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”) (Is-Seba’ Awla), tat-30 ta’ Settembru 2009, Arkema vs Il-Kummissjoni (T-168/05), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4876 finali, tad-19 ta’ Jannar 2005, dwar proċedura skont l-Artikoli 81 KE u 53 tal-Ftehim ŻEE għal akkordju dwar is-suq tal-aċidu monokloroaċetiku u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti — Ksur tar-regoli dwar l-imputabbiltà ta’ prattiki antikompetittivi ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha — Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u tad-dritt għal smigħ xieraq — Nuqqas ta’ osservanza tal-portata tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Arkema SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 13.02.2010.
Full & Egal Universal Law Academy