19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 — Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-521/09 P) (1)
(Appell - Akkordji - Artikolu 81 KE u Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq tal aċidu monokloroaċetiku - Regoli dwar l-imputabbiltà ta’ prattiki antikompetittivi ta’ sussidjarja fil-konfront tal-kumpannija parent - Preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2011/C 340/03
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Elf Aquitaine SA (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery, S. Thibault-Liger u E. Lagathu, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti A. Bouquet u F. Castillo de la Torre, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2009, Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (T-174/05), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tal-appellanti, intiż, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4876 finali, tad-19 ta’ Jannar 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE għal akkordju dwar is-suq tal-aċidu monokloroaċetiku u, sussidjarjament, għall-annullament jew it-tnaqqas tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti — Ksur tal-prinċipji ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza kif ukoll tar-regoli dwar l-attribuzzjoni ta’ responsabbilità tal-prattiċi antikompetittivi ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha — Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-obbligu ta’ motivazzjoni
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tat-30 ta’ Settembru 2009, Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (T-174/05), hija annullata.
(2)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4876 finali, tad-19 ta’ Jannar 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/37.773 — AMCA) hija annullata billi din timputa l-ksur inkwistjoni lil Elf Aquitaine SA u timmultaha.
(3)
Elf Aquitaine SA u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess li huma relatati ma’ dan l-appell.
(4)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż tal-ewwel istanza.
(1) ĠU C 37, 13.02.2010.
Full & Egal Universal Law Academy