18.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija
(Kawża C-522/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 79/409/KEE - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Żoni ta’ protezzjoni speċjali - Għażla insuffiċjenti fin-numru u fid-daqs - Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà tar rikors)
2011/C 179/06
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u L. Bouyon, aġenti)
Konvenuta: Ir-Rumanija (rappreżentanti: A. Popescu, L.-E. Batagoi, M.-L. Colonescu, A.-R. Arșinel u J.S. Smaranda)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1 p. 98) — Klassifikazzjoni ta’ żoni ta’ protezzjoni speċjali insuffiċjenti fin-numru u fid-daqs b’konfużjoni parzjali tas-siti identifikati fl-inventarju taż-Żoni Importanti għall-Għasafar — Bidla mingħajr bażi xjentifika
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 51, 27.02.2010
Full & Egal Universal Law Academy