10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Tartu Ringkonnakohus — Ir-Repubblika tal-Estonja) — Rakvere Piim AS, Maag Piimatööstus AS vs Veterinaar- ja Toiduamet
(Kawża C-523/09) (1)
(Politika agrikola komuni - Miżati relatati ma’ spezzjonijiet u kontrolli sanitarji tal-produzzjoni tal-ħalib)
2011/C 269/11
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Tartu Ringkonnakohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rakvere Piim AS, Maag Piimatööstus AS
Konvenut: Veterinaar- ja Toiduamet
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tartu Ringkonnakohus — Interpretazzjoni tal-Artikoli 26 u 27 u tal-Annessi IV u VI tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 200) — Kalkolu tal-miżati miġbura għall-finijiet tal-kontrolli uffiċjali tal-produzzjoni tal-ħalib — Ġbir ta’ miżati ekwivalenti għall-ammonti tar-rati minimi applikabbli skont ir-regolament, iżda ogħla mill-infiq attwali sostnut mill-awtoritajiet kompetenti għall-kontrolli uffiċjali
Dispożittiv
L-Artikolu 27(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil Stat Membru, mingħajr ma jkollu għalfejn jadotta miżura ta’ applikazzjoni nazzjonali, jimponi miżati skont ir-rati minimi previsti fis-Sezzjoni B tal-Anness IV tal-imsemmi regolament, minkejja li l-ispejjeż sostnuti mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-ispezzjonijiet u kontrolli sanitarji previsti mill-imsemmi regolament huma inqas minn dawn ir-rati, meta r-rekwiżiti stabbiliti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 27(6) tal-istess regolament ma jkunux sodisfatti.
(1) ĠU C 63, 13.03.2010.
Full & Egal Universal Law Academy