29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-526/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikolu 11(1) u (2) - Ħruġ tal-ilma industrijali mormi fis-sistemi ta’ ġbir u fl-istazzjonijiet ta’ purifikazzjoni tal-ilma urban mormi - Issuġġettar għal leġiżlazzjoni diġà fis-seħħ u/jew għal awtorizzazzjonijiet speċifiċi - Nuqqas ta’ awtorizzazzjoni)
2011/C 30/13
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u G. Braga da Cruz, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 11(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26) — Liċenzja għall-ħruġ ta’ ilma mormi — “Estação de Serviço Sobritos”
Dispożittiv
(1)
Billi ppermettiet il-ħruġ tal-ilma industrijali mormi tas-sit industrijali ta’ Estação de Serviço Sobritos Lda, li tinsab fiż-żona urbana ta’ Matosinhos, fin-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni adegwata maħruġa f’dan ir-rigward, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/721/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.
(2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 51, 27.02.2010.
Full & Egal Universal Law Academy