29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-534/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2008/1/KE - Prevenżjoni u tnaqqis tat-tniġġis - Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti)
2011/C 30/14
Lingwa tal-Kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Patakia u A. Alcover San Pedro, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l kontroll integrati tat-tniġġis (ĠU L 24. p. 8) — Kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni tal-installazzjonijiet eżistenti — Obbligu li jiġi żgurat li tali installazzjonijiet jintużaw skont il-ħtiġiet tad-direttiva.
Dispożittiv
(1)
Billi li ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti josservaw, permezz ta’ permessi mogħtija skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (verżjoni kodifikata), jew, b’mod xieraq, permezz ta’ eżami mill-ġdid u, fejn meħtieġ, ta’ aġġornament tal-kundizzjonijiet, li l-installazzjonijiet eżistenti joperaw skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3, 7, 9, 10 u 13, l-Artikolu 14(a) u (b) u l-Artikolu 15(2), mhux iktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2007, bla ħsara għal dispożizzjonijiet komunitarji speċjali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva.
(2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 13.2.10.
Full & Egal Universal Law Academy