25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal — ir-Renju Unit) — Ralph James Bartlett, Natalio Gonzalez Ramos, Jason Michael Taylor vs Secretary of State for Work and Pensions
(Kawża C-537/09) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Element ta’ “mobbiltà” fl-allowance ta’ sussistenza għal persuni b’diżabbiltà (“disability living allowance”) - Benefiċċju separat - Benefiċċju speċjali mhux kontributorju - Nuqqas ta’ esportabbiltà)
2011/C 186/09
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ralph James Bartlett, Natalio Gonzalez Ramos, Jason Michael Taylor
Konvenut: Secretary of State for Work and Pensions
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Upper Tribunal — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, p. 2) fil-verżjoni tagħha fis-seħħ qabel il-5 ta’ Mejju 2005 — Benefiċċju għas-sussistenza għall-persuni b’diżabbiltà li jinqasam minn naħa waħda bħala “dipendenza” mogħtija lil dawk li għandhom bżonn assistenza personali u min-naħa l-oħra bħala “mobilità” intiża għal dawk li għandhom bżonn għajnuna sabiex jiċċaqilqu (“disability living allowance”) — Possibbiltà li għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regolament, l-element ta’ mobilità jiġi kkunsidrat bħala benefiċċju separat — Klassifikazzjoni tal-imsemmi benefiċċju
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 4(2a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendat u aġġornat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, kif ukoll tar-Regolament Nru 1408/71, fl-aħħar verżjoni tagħha, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-element ta’ “mobbiltà” tal-allowance ta’ sussistenza għal persuni b’diżabbiltà (“disability living allowance”) jikkostitwixxi benefiċċju speċjali fi flus mhux kontributorju fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, imsemmi fl-Anness IIa ta’ dawn ir-regolamenti.
(2)
L-eżami tat-tielet domanda ma tqajjem l-ebda element li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 10a tar-Regolament Nru 1408/71 f’waħda jew oħra mill-verżjonijiet tiegħu applikabbli fil-kawżi prinċipali, sa fejn dan l-artikolu jippermetti li l-għoti tal-element ta’ “mobbiltà” tal-allowance ta’ sussistenza għal persuni b’diżabbiltà jkun suġġett għal kundizzjonijiet ta’ residenza u ta’ preżenza fil-Gran Brittanja.
(1) ĠU C 63, 13.03.2010.
Full & Egal Universal Law Academy