16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-538/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Artikolu 6(3) - Żoni speċjali ta’ konservazzjoni - Evalwazzjoni xierqa tal-effetti tal-pjanijiet jew proġetti li jistgħu jaffettwaw b’mod sinjifikattiv is-sit protett - Eżenzjoni mill-evalwazzjoni tal-pjanijiet jew proġetti suġġetti għal sistema ta’ dikjarazzjoni - Traspożizzjoni inkorretta)
2011/C 211/07
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: D. Recchia u A. Marghelis, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: T. Materne, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni incorretta tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoluż6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102 — Evalwazzjoni obbligatoria tal-impatt fuq l-ambjent f’każ ta’ effetti ta’ proġett jew pjan fuq sit “Natura 2000”
Dispożittiv
(1)
Billi ma imponiex fir-rigward ta’ ċerti attivitajiet, suġġetti għal sistema ta’ dikjarazzjoni, evalwazzjoni tal-effetti ambjentali xierqa meta dawn l-attivitajiet jistgħu jaffettwaw sit Natura 2000, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa.
(2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 51, 27.02.2010
Full & Egal Universal Law Academy