28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-539/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Intenzjoni manifestata mill-Qorti tal-Awdituri li twettaq verifiki fi Stat Membru - Rifjut minn dan l-Istat Membru - Setgħat tal-Qorti tal-Awdituri - Artikolu 248 KE - Verifika tal-kooperazzjoni tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud - Regolament (KE) Nru 1798/2003 - Dħul tal-Komunità - Riżorsi proprji li joriġinaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud)
2012/C 25/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros u B. Conte, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: C. Blaschke u N. Graf Vitzthum, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Passos u E. Waldherr, aġenti), Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Crowe, T. Kennedy u B. Schäfer, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 10 KE u 248(1), (2) u (3) KE, kif ukoll tal-Artikoli 140(2) u 142(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74) — Rifjut fil-konfront tal-Qorti tal-Awdituri milli twettaq verifiki fil-Ġermanja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud — Portata tal-kompetenza ta’ verifika tal-Qorti tal-Awdituri
Dispożittiv
(1)
Billi opponiet li l-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea twettaq verifiki fil-Ġemanja, dwar il-kooperazzjoni amministrattiva skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003, tas-7 ta’ Ottubru 2003, dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tiegħu, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 248(1) sa (3) KE.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(4)
Il-Parlament Ewropew u l-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 51, 27.02.2010.
Full & Egal Universal Law Academy