28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-542/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-persuni - Aċċess għall-edukazzjoni tal-ħaddiema migranti u tal-membri tal-familja tagħhom - Finanzjament ta’ edukazzjoni għolja barra t-territorju tal-Istat Membru kkonċernat - Kundizzjoni ta’ residenza)
2012/C 227/02
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Rozet u M. van Beek, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C.M. Wissels, J. Langer u M.K. Bulterman, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck u M. Jacobs, aġenti), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: V. Pasternak Jørgensen, aġent), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u C. Blaschke, aġenti), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentant: A. Falk, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 45 TFUE u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15) — Aċċess għat-tagħlim — Finanzjament ta’ studji f’pajjiż barrani — Rekwiżit ta’ residenza — Regola tat-“3 snin minn 6”
Dispożittiv
(1)
Billi jimponi kundizzjoni ta’ residenza, jiġifieri r-regola msemmija “ta’ tliet snin minn sitta”, fuq il-ħaddiema migranti u l-membri tal-familji dipendenti tagħhom sabiex ikunu jistgħu jiksbu l-finanzjament tal-edukazzjoni għolja segwita barra mill-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 45 TFUE u taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KKE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2434/92 tas-27 ta’ Lulju 1992.
(2)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 13.2.2010.
Full & Egal Universal Law Academy