29.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011 — Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-544/09 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri fir-reġjun Berlin-Brandenburg - Artikolu 87(3)(ċ) KE - Falliment tas-suq - Proporzjonalità - Newtralità fuq il-livell teknoloġiku - Effett ta’ inċentiv)
2011/C 319/07
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma, J. Möller u B. Klein, aġenti)
Il-parti l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u K. Gross, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla), tas-6 ta’ Ottubru 2009, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (T-21/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/513/KE, tad-9 ta’ Novembru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri fir-reġjun ta’ Berlin-Brandenburg (ĠU 2006, L 200, p. 14) — Ksur tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 51, 27.02.2010.
Full & Egal Universal Law Academy