21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-31 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — il-Bulgarija) — Aurubis Balgaria AD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna, li kien Nachalnik na Mitnitsa Sofia
(Kawża C-546/09) (1)
(Kodiċi Doganali - Dazji doganali - Dejn doganali fuq l-importazzjoni - Interessi moratorji - Perijodu ta’ ġbir tal-interessi moratorji - Interessi kumpensatorji)
2011/C 152/12
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Aurubis Balgaria AD
Konvenut: Nachalnik na Mitnitsa Stolichna, li kien Nachalnik na Mitnitsa Sofia
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Varhoven Administrativen Sad — Interpretazzjoni tal-Artikoli 214(3), 222(1)(a) u 232(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kif ukoll tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3) — Applikazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ interessi moratorji fuq l-ammont tad-dazji doganali addizzjonali dovut għall-perijodu wara d-dħul fil-kontijiet inizjali tad-dazji doganali — Applikazzjoni ta’ interessi kumpensatorji għall-perijodu bejn id-data tad-dikjarazzjoni doganali u d-dħul fil-kontijiet ulterjuri tal-ammont dovut — Possibbiltà ta’ żieda, mad-dħul fil-kontijiet ulterjuri tad-dazji doganali, ekwivalenti għall-ammont ta’ interessi moratorji kkalkulati mid-data tat-tnissil tad-dejn sa dik tad-dħul fil-kontijiet ulterjuri
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 232(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-interessi moratorji relatati mal-ammont tad-dazji doganali li jkunu għadhom iridu jiġu rkuprati jistgħu jinġabru, bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni, biss għall-perijodu sussegwenti għall-iskadenza tat-terminu għall-ħlas ta’ dan l-ammont.
(2)
Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2007, tat-28 ta’ Frar 2007, l-Artikolu 214(3) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1791/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, jimponu fuq id-debitur tad-dejn doganali interessi kumpensatorji għall-perijodu bejn id-data tad-dikjarazzjoni doganali inizjali u d-data tad-dħul fil-kontijiet sussegwenti tiegħu.
(3)
Il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, il-prinċipju tal-legalità tar-reati u tal-pieni jipprekludu li l-awtoritajiet nazzjonali japplikaw fir-rigward ta’ ksur doganali sanzjoni li ma hijiex espressament prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
(1) ĠU C 80, 27.03.2010.
Full & Egal Universal Law Academy