10.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 362/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 — Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-549/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija favur is-sajd u l-akwakultura - Deċiżjoni li tiddikjara din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Obbligu li tirkupra minnufih l-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli kif ukoll li tinforma lill-Kummissjoni dwar dan - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni)
2011/C 362/06
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u K. Walkerová, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli tadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/239/KE, tal-14 ta’ Lulju 2004, dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mogħtija minn Franza favur is-sajd u l-akwakultura (ĠU 2005, L 74, p. 49) — Obbligu li tirkupra minnufih l-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni u li tinforma lill-Kummissjoni dwar dan
Dispożittiv
(1)
Billi ma eżegwietx, fit-terminu preskritt, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/239/KE, tal-14 ta’ Lulju 2004, dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mogħtija minn Franza favur is-sajd u l-akwakultura, billi rkuprat mill-benefiċjarji tal-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni mill-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikolu 4 din id-deċiżjoni.
(2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 80, 27.03.2010
Full & Egal Universal Law Academy