21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Ferrero SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Tirol Milch reg.Gen.mbH Innsbruck
(Kawża C-552/09 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Trade mark Komunitarja figurattiva TiMi KiNDERJOGHURT - Trade mark verbali preċedenti KINDER - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 52(1)(a) - Artikolu 8(1)(b) u (5) - Evalwazzjoni tax-xebh ta’ sinjali - Grupp ta’ trade marks)
2011/C 152/13
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Ferrero SpA (rappreżentant: C. Gielen, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent), Tirol Milch reg.Gen.mbH Innsbruck
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2009, Ferrero SpA vs UASI — Tirol Milch (T-140/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni R 682/2007-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-30 ta’ Jannar 2008, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Kanċellazzjoni li tiddikjara l-invalidità tat-trade mark verbali “TiMi KINDERJOGHURT”, għal prodotti fil-klassi 29, fil-kuntest tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ppreżentata mill-appellanti.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Ferrero SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 80, 27.03.2010.
Full & Egal Universal Law Academy