22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/11
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Jannar 2010 — ecoblue AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni), Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA
(Kawża C-23/09 P) (1)
(“Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark preċedenti BLUE - Sinjal verbali “Ecoblue” - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali”)
2010/C 134/17
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: ecoblue AG (rappreżentant: C. Osterrieth, Rechtsanwalt)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent), Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Novembru 2008, ecoblue AG vs UASI (T-281/07) — li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “Ecoblue”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 38, kontra d-deċiżjoni R 844/2006-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-25 ta’ April 2007, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “BLUE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 36 u 38, kif ukoll trade marks verbali Komunitarji oħra li fihom il-kelma “BLUE”
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
ecoblue AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 90, 18.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy