22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/13
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Jannar 2010 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-43/09 P) (1)
(Appell - Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar tnaqqis tal-għanjuna finanzjarja inizjalment mogħtija mill-Fond ta’ Koezjoni għall-proġett ta’ ajruport internazzjonali ġdid ta’ Ateni fi Spata - Rikors għal annullament - Prinċipji ta’ retroattività, ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità - Appell pazjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2010/C 134/19
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: C. Meïdanis u M. Tassopoulou, aġenti)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u B. Conte, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Novembru 2008, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (T-404/05) li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni E(2005) 3243, tal-1 ta’ Settembru 2005, dwar tnaqqis tal-għanjuna finanzjarja inizjalment mogħtija mill-Fond ta’ Koezjoni għall-proġett Nru 95/09/65/040, dwar l-ajruport internazzjonali l-ġdid ta’ Ateni fi Spata.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 69, 21.03.2009.
Full & Egal Universal Law Academy